News

February 10, 2016

Fil-Kunvent tal-Belt nhar l-10 ta' Frar saret it-tieni sessjoni ta' Formazzjoni Permanenti dwar l-użu tar-Riżorsi.  Sessjoni bdit fl-10.15 b'messaġġ mill-Minstru Provinċjal fejn wassal it-tislijiet kemm ta' P. Marcello u P. Stephen li qiegħdin jirrappreżentaw iż-żewġt Djoċesi bħala missjunarji tal-ħniena għas-sena Ġubilari. Filwaqt li rringrazzja lill P. Marcellino għal akkoljenza u preparazzjoni ta' din il-lagħqa.  (more…)

More

February 03, 2016
L-isem li biħ ġie iċċelebrat l-għeluq tas-sena tal-Ħajja kkonsagrata hu "Ħajja kkonsagrata fl-unita" dan il-kungress ġie ċċelebrat bejn it-28 ta' Jannar u t-2 ta' Frar il-ġurnata ddedikata għal ħajja kkonsagrata, fil-belt tal-Vatikan. Għal dan il-kungress ħa sehen P. Joseph Magro, OFM. Għal dan il-kungress kienu mistiedna l-ordnijiet reliġjużi kollha: Ordo virginum, kontemplativi, l-istituti Reliġjużi, l-istituti Sekulari u l-istituti ġodda u ta' "forom ġodda". (more…)
More

February 01, 2016
'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' frar jinsab online. U  joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej  fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll paġna Vokazzjonali. (more…)
More

January 25, 2016
Fl-okkażżjoni tal-Festa tal-Provinċja, il-konverżjoni tal-Appostlu San Pawl, illum il-Patrijiet tal-Provinċja iltaqgħet f'Porziuncola Retreat House għal nofstanhar ta' Formazzjoni Permanenti.  Il-laqgħa kienet immexxija minn Dr Mark Mifsud dwar l-użu tar-Riżorsi speċjalment fil-kunventi tagħna, dwar l-importanza li nibdew iżjed bis-serjeta nużaw riżorsi bħalma huma x-xemx u elementi naturali oħra.   (more…)
More

January 18, 2016
L-Isqof Mons. Mario Grech fid-diskors tal-Qsim tal-Awguri lis-saċerdoti fis-Seminarju ta’ Għawdex nhar is-Sibt 16 ta' Jannar,  ħabbar li talab lis-Santa Sede biex il-Papa jaħtar lil P. Marcello Ghirlando OFM bħala “missjunarju tal-ħniena”, bl-awtorità li jaħfer anki d-dnubiet riservati għas-Sede Appostolika u jkun “predikatur konvinċenti tal-ħniena”.   (more…)
More