News

January 11, 2016
Programm Socio-religjuż bl-isem "Qalb in-Nies" tella programm dwar il-Missjunarji Maltin bit-tema:"Missjunarji għal dejjem" fuq l-istazzjoni Nazzjonali TVM.  Programm immexxi minn P. Charles Tabone, OP,   (more…)
More

January 09, 2016
Il-Provinċja Franġiskana flimkien mal-Klarissi ċċelebraw il-Festa tal-Epifanija fil-Monasteru tal-Klarissi f'San Ġiljan, nhar l-Erbgħa 6 ta' Jannar. Il-quddiesa kienet iċċelebrata mil-E.T. Mons Sylvester Magro, OFM fejn fil-bidu tal-quddiesa tkellem fuq din il-ġurnata permezz tal-Ktieb "Ġesu ta' Nażaret" tal-Papa Benedittu XVI. L-omelija saret mil-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM li tkellem fuq Ġublew tal-ħniena, l-epifanija u fuq il-vista kanonika. Wara l-Quddiesa l-Ministru Provinċjal ta' lil kull patri kopja tad-dokument finali tal-Kapitlu Ġenerali. Umbagħad il-patrijiet flimkiem mas-Sorijiet inġabru għal riċeviment fl-okkażżjoni tal-festa.  
More

January 01, 2016
'L-Aħbar' il-bulettin tal-Provinċja għax-xahar ta' Jannar jinsab online. U  joffri informazzjoni fuq dak kollu li għaddej  fil-Provinċja, fosthom l-aħbarijiet prinċipali tal-Provinċja, messaġġ mill-Provinċjal, kif ukoll paġna Vokazzjonali. (more…)
More

December 29, 2015
It-Tnejn 28 ta' Diċembru l-patrijiet, l-ġenituri u l-qraba nġabru fid-Dar tal-Irtiri Proziuncola għall-festa tal-Milied flimkien. Il-laqgħa bdiet b'quddiesa mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech OFM. (more…)
More

December 22, 2015
Fis-sessjoni tad-Definitorju Ġenerali li saret nhar is-17 ta' Diċembru, P. Sandro Overend, OFM ġie nominat President u koordinatur tal-Kummissjoni Liturġika tal-Ordni. (more…)
More