Archive

August 27, 2015
Iż-Żjara Franġiskana issa qabżet nofs il-ġimgħa u żgur li kienet ikkarateriżżata minn mumenti ta’ talb fil-Knisja permezz tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum u Għasar, kif ukoll ‘Lectio’ għand diversi familji.  Ma setax jonqos il-mumenti ta’ katekezi ma’ diversi gruppi kif ukoll ma tfal li ffukaw fuq ‘min kien San Franġisk?’ (more…)
More

August 24, 2015
Is-Sibt 22 ta' Awwissu fetħet iż-Żjara Franġiskana billi Dun Keith Bonnici ta l-mandat lill-Patrijiet Franġiskani biex imorru fit-toroq tal-Iklin u jxandru l-Bxara t-Tajba. "Idħlu fid-djar u tkellmu mal-familji... Morru fil-pjazez u fil-ġonna u kellmuhom fuq l-imħabba kbira li Alla għandu għal kull wieħed minna". (more…)
More

August 22, 2015
Għeżież,  L-aħbar li wieħed minn ħutna, Patri George Bugeja OFM, ġie msejjaħ biex ikun Isqof Koadjutur ta’ Tripli, fil-Libja, ġiet milqugħa fostna fi spirtu ta’ talb, għad-dell ta’ Ommna l-Madonna Ta’ Pinu. (more…)
More

August 19, 2015
Nhar il-Ħamis 27 ta' Awwissu, f'okkażjoni ta' Ordinazzjoni Episkopali tal-Isqof maħtur P. Geroge Bugeja, OFM se issir Velja ta' talb fil-Bażilika Marija Bambina, fix-Xagħra fit-8 ta' filgħaxija, immexxija mil-E.T. Mons. Charles Scicluna Arċisqof ta' Malta. (more…)
More

August 18, 2015
Il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu 2015 fuq iz-Zuntier tas-Santwarju Nazzjonali ta’ Pinu, ġiet iċċelebrata il-Velja tal-Għid tal-Assunta. L-ewwel parti tal-Velja tmexxiet minn Fr. George Bugeja OFM, l-Isqof Koadjutur maħtur tal-Vigarjat Appostoliku ta’ Tripli, li flimkien ma’ żewġ familji mexxa t-talba tar-Rużarju b’riflessjonijiet tal-Papa Franġisku, u stieden lill-poplu ta’ Alla biex jissieħeb miegħu fit-talb.  (more…)
More