News

July 21, 2009
Updated: Franciscan Walk 2009

The Franciscan Seminary is once again organising a Franciscan Walk on the feast of the Porziuncola. The walk is going to begin from the Għargħur Parish Church on the 1st August at 19:45hrs with a brief introduction.

Afterwards the actual walk will proceed to the Church of Our Lady of the Angels, Baħar iċ-Ċagħaq where the walk will end with a Eucharistic adoration and a moment of prayer. Everyone is invited to participate.

MORE INFO? click here

Mixja Franġiskana
Jien min Jien? Int min Int?

Storja

Id-Diploma ta’ Teobaldo (1310) tgħidilna li fis-Sajf tal-1216 San Franġisk, imnebaħ minn Alla f’ħolma, żar lill-Papa Onorju III li kien f’Perugia u talbu maħfra speċjali għal min iżur b’qima u qalb niedma l-knisja żgħira tal-Porziuncola.

Din il-knisja żgħira, iddedikata lil Santa Marija tal-Anġli, kienet għażiża ferm għal San Franġisk. Kienet waħda mit-3 knejjes żgħar li kien irrestawra b’idejh. Hemm ġiet ikkonsagrata Santa Klara (li tat bidu għat-2 Ordni Franġiskan – il-Klarissi),  hemm kienu jirritornaw l-ewwel Aħwa wara li kienu jduru l-Italja tan-nofs jipprietkaw ħajja ta’ qdusija, hemm San Franġisk kien jiltaqa’ ma’ l-Aħwa ż-Żgħar u jfissrilhom l-għamla ta’ ħajja li kellhom jgħixu.

Din il-knisja żgħira mlaqqma’ Porziuncola (porzjon żgħir) kellha tiġi kkonsagrata fit-2 t’Awissu 1216. Hu għal din l-okkażżjoni li San Franġisk xtaq li l-kappella ċkejkna tkun għajn ta’ grazzja speċjali għall-bnedmin kollha. Dokument antik jirrakkuntalna…”L-imqaddes Franġisku kien jgħix ħdejn Santa Marija tal-Porziuncola, u lejl minnhom kellu rivelazzjoni mill-Mulej biex imur għand il-Papa Onorju, li dak iż-żmien kien jinsab f’Perugia, biex jitlob Indulgenza favur l-istess knisja ta’ Santa Marija tal-Porziuncola, li kien sewwa hu b’idejh stess.”

Huwa deher quddiem il-Papa u għamel din it-talba: “Missier imqaddes, irrid, jekk dan jogħġob lill-qdisija tiegħek, li dawk kollha li jiġu f’din il-knisja u jkunu qerru, nidmu u, kif jixraq, ġew maħfurin minn saċerdot, jiġu meħlusin mill-ħtija u mill-piena fis-sema u fl-art, mill-jum tal-magħmudija tagħhom sal-jum u l-ħin li fih ikunu daħlu f’din il-knisja”. Il-Papa wieġbu: “qiegħed titlob wisq, Franġisku; fil-fatt mhijiex drawwa tal-Kurja rumana li tagħti Indulgenza bħal din”. L-imqaddes Franġisku wieġeb: “Sinjur, dak li qed nitolbok mhux ġej minni, imma qiegħed nitolbu fl-isem ta’ dak li bagħatni, il-Mulej Ġesù Kristu”. Allura s-Sinjur Papa, mingħajr dewmien, qal għal tliet darbiet: “Nordna li inti tingħata dak li qiegħed titlob”.

Matul iż-żminijiet il-mexxejja tal-Knisja kkonfermaw din il-grazzja speċjali u saħħewha. Pawlu VI, fl-Ittra Appostolika Sacrosancta Portiuncolae (1966) estenda din l-Indulgenza għall-knejjes kollha Franġiskani (nhar it-2 t’Awissu) u fil-Porziuncola din il-grazzja tista’ tinqala’ kuljum.

Fl-1 ta’ Jannar 1967 l-istess Papa rreveda t-tagħlim dwar l-Indulgenzi fil-Kostituzzjoni Appostolika Indulgentiarum Doctrina. Dan id-dokument jgħid li din l-Indulgenza tista’ tinkiseb ukoll kull sena fil-parroċċi kollha nhar it-2 t’Awissu.

Mixja Franġiskana 1 t’Awissu 2009

Dan hu dak li nixtiequ niċċelebraw nhar l-1 t’Awwissu li ġej. Nixtiequ nisimgħu lil San Franġisk jgħidilna mill-ġdid: “Irrid nibgħatkom kollha l-ġenna”.

Qatt staqsejt lilek innifsek ’Jien, min Jien?’, ’Jien naf fejn miexi f’ħajti?’ jew ’F’ħajti, kif nista’ nilħaq il-milja ta’ dak li verament jien?’ Din il-mixja franġiskana, minbarra mixja fiżika, hija fuq kollox mixja spiritwali li għandha tgħin lilna lkoll li qegħdin fi tfittxija personali għal veru ‘Jien’ tagħna sabiex niskopru l-identità sħiħa tagħna fil-Mulej.

Dettalji dwar l-attività
o    Mixja fiżika li għandha timxi f’armonija mal-mixja spiritwali, msejsa minn laqgħat u tifsir ta’ dak li nkunu qed ngħixu.
o    Niltaqgħu l-Knisja Parrokkjali tal-Għargħur fis-19:45. Nibdew il-mixja tagħna mill-istess knisja fit-20:00.
o    Wara nimxu flimkien lejn il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ l-Anġli, Baħar iċ-Ċagħaq fejn nagħlqu l-mixja tagħna b’mument ta’ talb u adorazzjoni.
o    Għal 22:30 ritorn lejn id-dar.
o    Kulħadd mitlub jaħseb għat-trasport tiegħu
X’inhu meħtieġ?

o    Spirtu ta’ mixja u qalb miftuħa għal dak li Alla jixtieq jgħidlek.

o    Torċ

L-attività hi miftuħa għal kulħadd

Min jixtieq jiġi għall-mixja franġiskana huwa mitlub javża lil Andrea Diacono sa mhux aktar tard mid-29 ta’ Lulju 2009 fuq l-email: mixjafrangiskana@gmail.com

Mixja Frangiskana Poster