News

December 26, 2010
Fr. John’s Funeral – Provincial Homily in Maltese

Punti mill-Omelija + Video

Daqs 26 sena ilu, ħuna P. Ġwann kiteb id-dramm fuq San Franġisk, “Int fejn sejjer ?” Aħna li konna dħalna Patrijiet, u konn għadna qed nippreparaw rwieħna biex niġu ordnati saċerdoti, ħadna sehem fiha. Kien libbisna libsa (tonka) tal-ixkejjer………..u ma ngħidilkomx kemm kienet ixxewwek !

1.     Illum, ħbieb,  għandna din l-istess mistoqsija. Naqra akbar fl-eta’, u nistaqsu , Int fejn sejjer Ġann?

a)     Daqshekk kmieni ?

b)      ħerqana konna qed inlestu għad-dramm tal-Passjoni li jmiss…. Int fejn sejjer ?

c)     issa li qegħdin inlestu għall-Milied u l-ewwel tas-Sena – Int fejn sejjer ?

2.     It-tweġiba tagħtihielna int stess – ser tmur tiltaqa’ mal-Ħallieq li int qdejt b’qalbek kollha f’ħajtek. It-tweġiba nafuha meta nħarsu lejn ix-xogħol li għamilt,

a)     bil-pageants li hdimt f’din il-knisja Franġiskana u fi Knejjes oħra,

b)     bid-drammi tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu,

c)      wara x-xogħol kbir li għamilt fil qasam tal-Informatika – f’Malta, fl-Art Imqaddsa, f’Ruma.

3.     Int Patri Franġiskan li trabbejt f’din il-Komunita’ nisranija tar-Rabat tal-Imdina, għall-Protezzjoni ta’ San Ġużepp, kif semma sewwa il-Ministru Ġeneral fl-Omelija tiegħu nhar it-Tnejn li għadda, it-trobbija hawn ħadtha…. il-ġenituri tiegħek hawn rabbewk u fik inħolqot is-sejħa Franġiskana.

4.     Il-laqgħa tagħna llum, ħuti nsara – u magħna ingħaqdu il-patrijiet Franġiskani mid-dinja kollha u magħhom sorijiet u l-ħafna ħbieb li ma setgħux ikunu preżenti – tikkonferma dak li għexna qabel ma’ Ġanni – l-ħbiberija, ir-rispett, il-letteratura u t-Tejatru mgħmmda fil-Vanġelu ħaj ta’ Kristu s-Salvatur tad-dinja.

5.     Fejn hi mewt in-niggieża tiegħek ? Fejn hi mewt ir-rebħa tiegħek ? Il-mewt mhix l-aħħar Kapitlu tal-istorja tal-Persuna Umana; hija il-passaġġ minn din id-dinja għal Ġerusalemm tas-Sema. Qabel, ħuna P. Ġwann kienu jiskopru u jsibu taħt l-art, fl-Iskavi fl-Art Imqaddsa, fdalijiet u xhieda ta’ twemmin nisrani tal-Knisja tal-qedem.

6.     Illum m’għandekx għafejn aktar taħdem fl-iskavi għax għax

a)     sibt lil Dak li tant fittixt Fuqu,

b)     ltqajt ma’ Dak li ppreżentajt fid-drammi tiegħek tal-Passjoni

c)     ħlist minn dik it-tbatija li kienet għaddejja fuqek sa nhar il-Ħadd fejn  fid-9.30 int twelidt għall-ħajja ta’ dejjem

7.     Siltiet tal-Vanġelu li jgħinuna nifmhu dan il-mument ta’ firda iżda ta’ qawwa fil-fidi u ta’ tama u karita nisranija.

a)     Min jiekol ġismi u jixrob demmi dan ma jmut qatt (Kristu )

b)     Jien It-triq il-Verita’ u l-ħajja (Kristu)

c)     Min jgħix u jemmen fija, ukoll jekk imut, ikollu l-ħajja……

8.     L-Ewkaristija, is-sagramenti u t-talb iżommuna ħajjin, kuraġġużi u magħqudin ma’ Kristu u ma’ dawk li telqu qabilna ukoll. Mhix l-ewwel darba, li fit-talb tiegħi ngħid lil Ġesu’ – wara li nirċevih BIT-Tqarbin Imqaddes….. għid lil ommi, ….. li dawk li telqu qabilna “qed nimmisjahom ħafna ħafna. HU, hu biss Kristu li jiweġeb għal misteru tal-ħajja u l-mewt. Hu fiH li nistgħu nitqawwew aħna fil-ħajja u niltaqgħu mal-aħwa tagħna li telqu qabilna.

9.     Il-ħbiberija vera, li waqqafha l-Aktar għoli, tagħmel il-mirakli.  U llum ma nistghux ma nitkellmux mill-ħbiberija – dik li tagħti l-ħajja, li taħfer, li trid tisma’ lil min hu batut, li tikuraġġixxi, li hija preżenti fil-mument tal-ferħ u fil-mument tat-tbatija….. il-ħbiberija hi minnha nnifisha miraklu. Aħna nagħmlu l-esperjenza tal-akbar ħbiberija fil-maħfra li nieħdu fis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni (il-qrar). Alla ħafirli in-nuqqasijiet tiegħi għani infinit fl-Imħabba u għani fil-ħniena.

10.  Egħżież ħbieb tagħna, ħuti Patrijiet u sacerdoti, familjari ta P.Gwann, it-tama tagħna hi li ħuna Ġanni diġa daħal mal-Mulej. Iżda hija l-istess imħabba nisranija li llum tistedinna biex lkoll nitolbu għal ruħu u dan hu att ta’ fidi u att ta’ mħabba fil-ħbiberija vera.

11.  Ġianni, jiena u aħna lkoll ngħidulek: il-Milied it-tajjeb fid-Dar tal-Missier. Itlob għalina, filwaqt li aħna nitolbu għalik. Nagħtuk tgħannieqa lkoll kemm aħna.

Video: Charles Grech OFM