News

March 03, 2011
Malta Bishops on the situation in some Arab States

(Adds Gozo Bishop’s circular)

As bishops of Malta and Gozo, we wish to unite ourselves with many people, families, religious and civil leaders all around the world and in our country in order to publicly express our preoccupation with respect to the gravity of the current situation in some Arab states.

We understand that according to the dictates of reason and in line with the social teachings of the Church, there can be no peace and progress without justice.

For this reason, we urge all Maltese Christians in order to offer prayers to God,  Father of all, that He may enlighten all those who are responsible so that all violence and injustices may cease in order that true peace may reign.

We recommend that until the situation improves:

  • during all Mass, a prayer is said for this intention
  • any Eucharistic Adoration which takes place this week should be dedicated for this intention
  • as people of God, as we have always done, we should be ready to offer our solidarity, in a concrete way to our brothers and sisters who are in need.

.

+ Paul Cremona O.P.
Archbishop of Malta

+ Mario Grech
Bishop of Gozo

+ Annetto Depasquale
Vicar General

_____________________________________

Bishop Mario Grech’s circular

Marzu – ix-xahar ta’ San Ġużepp

Is-solennità ta’ San Ġuzepp, li ta’ kull sena niċċelebraw fid-19 ta’ Marzu, tagħti kulur Ġuzeppin lix-xahar kollu ta’ Marzu. Din id-devozzjoni, għalkemm għandha aktar minn mitejn sena, għad fadlilha l-attwalità tagħha.

Kien Giuseppe Marconi li fl-1801 ippubblika f’Ruma ktejjeb dwar ix-xahar ta’ Marzu bħala xahar iddedikat lill-Patrijarka San Ġużepp. Imbagħad, fl-1865 il-Papa Piju IX ħeġġeġ biex l-Insara jgħożżu din id-devozzjoni bħala mezz biex jitolbu lil San Ġużepp u għajnuna biex jimitaw il-virtujiet tiegħu. Il-Papa Benedittu XV, bil-motu propju Bonum sane, eżorta lill-isqfijiet biex jaraw li fid-djocesi tagħhom dan ix-xahar Ġużeppin ikun magħruf biex l-Insara jikbru fl-imħabba tagħhom lejn San Ġużepp, ir-raġel ta’ Marija ta’ Nazaret. Għadha friska l-eżortazzjoni apostolika dwar San Ġużepp “Il-Kustodju tal-Feddej” li fl-1989 tana l-Papa Ġwanni Pawlu II, li ftit xhur oħra l-Knisja ser tiddikjarah Beatu.

Fuq l-eżempju ta’ dawn ir-Rgħajja tal-Knisja, neżortakom biex matul dan ix-xahar “nistkennu taħt il-ħarsien” ta’ Ġużeppi billi fil-familji u fil-komunitajiet tagħna nirriflettu dwar dan il-qaddis u nagħmlu talb ħerqan lil Alla bl-interċessjoni tiegħu.

Fiż-żminijiet tal-lum, inħoss li għandi nipproponi żewġ intenzjonijiet għat-talb tagħna lil San Ġużepp:

(a)       nitolbu biex il-familji tagħna jibqgħu jserrħu fuq żwieġ dejjiemi. Ta’ bniedem “ġust” li kien, Ġużeppi kien jara l-affarijiet bl-għajnejn ta’ Alla. Kien bniedem li fittex li jagħmel ir-rieda t’Alla, anke meta l-ubbidjenza tiegħu lejn Alla swietlu prezz għoli. F’kuntest bħal tagħna, fejn qed nisimgħu b’fehmiet diversi dwar iż-żwieġ u l-familja, liema fehmiet jistgħu jħawdu l-kuxjenzi tagħna, inħarsu lejn u nitolbu lil San Ġużepp li “għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej u ħa lil martu għandu” (Mt 1,24). Huma baqgħu flimkien minkejja li bil-liġi tal-bnedmin seta’ “jibgħatha” ’l barra.

(b)       Nitolbu għar-refuġjati u dawk li jistgħu jsibu ruħhom f’din il-kundizzjoni anke minħabba l-inkwiet li għaddej minnu l-pajjiż ġar tagħna l-Libja. Billi minħabba l-qagħda mwiergħa ta’ pajjiżhom ħafna qed ikollhom jitilqu, xieraq li l-komunità internazzjonali turi disponibilità li toffrilhom kenn u tgħinhom itaffu ftit it-tbatija. San Ġużepp ġarrab l-istess tbatija tar-refuġjati meta kellu jaqbad lil Marija u lit-tfajjel Ġesù u jemigraw lejn l-Eġittu.

Filwaqt li napprezza l-ġesti ta’ umanità kbira anke b’sagrifiċċji mhux żgħar li wrejna f’dawn l-aħħar jiem, nirrakkomanda li nkunu ħaġa waħda fit-talb u b’kull forma ta’ għajnuna oħra mal-Knisja Kattolika preżenti fil-pajjiżi Għarab, b’mod partikulari ma’ ħuti fl-episkopat Mons. Isqof Silvestru Magro, O.F.M., Vigarju Apostoliku ta’ Benghażi u Mons. Isqof Giovanni Martinelli, O.F.M., Vigarju Apostoliku ta’ Tripli. Niftakru wkoll f’dawk ir-reliġjużi li għadhom jaqdu f’isem Kristu f’dawn il-pajjiżi.

Wara li smajt il-Kappillani, nipproponi li l-flus li niffrankaw frott is-sawma ta’ Ras ir-Randan nagħtuhom bħala offerta ta’ solidarjetà mal-Knisja Kattolika fil-Libja f’ġabra li se ssir fil-knejjes kollha tad-Djoċesi waqt il-quddies fl-istess jum.

Xieraq li matul ix-xahar ta’ Marzu fil-familji, fl-iskejjel u fil-knejjes tingħad kuljum it-talba f’ġieħ San Ġużepp.

Bl-interċessjoni ta’ San Ġużepp nitlob fuqkom ilkoll u fuq il-familji kollha tagħna l-barka tas-Sema.

Mogħtija mill-Kurja tal-Isqof, Rabat, Għawdex, illum it-Tlieta 1 ta’ Marzu 2011.

+ Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex