News

April 24, 2012
P. Arthur Azzopardi, OFM

Nhar it-23 t’ April, ghal xi l-11.15 pm miet P. Arthur Azzopardi fid-Dar tal-Kleru, B’Kara fl-eta ta’ 89 sena. P. Turu twieled Tas-Sliema fid-19 ta’ Frar 1923, iben Arthur u Carmen nee’ Pace. Dahal mal-Patrijiet Minuri fit-3 t’ Ottubru 1937. Ghamel l-ewwel weghdiet fil-21 ta’ Frar 1939. Il-Professjoni Solenni ghamilha nhar l-1 ta’ Novembru 1944 u gie ordnat presbiteru nhar it-13 ta’ Marzu 1948. Fost il-bosta hidmiet, huwa kien vici-kappillan (1958-1962) fil-Parrocca frangiskana Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema u bejn l-1968 u l-1985 hadem b’ hegga kbira spiritwalment u materjalment ghal hutna l-Klarissi. Fl-2001 mar fid-Dar tal-Kleru.

Il-Quddiesa funebri se jsir ghada l-Erbgha fis-2.00 pm gewwa l-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema u wara jsir id-difna fl-oqbra tal-Provincja.