News

May 24, 2012
L-Arcisqof fil-Honduras

Nhar it-3 ta’ Mejju l-Arcisqof ta’ Malta Mons. P. Cremona O.P., flimkien ma’ Dun Alfred Vella, beda vjagg li hadu f’ S. Francisco, Honduras u Kuba. Huwa l-ewwel arciqisof Malti li zar lil hutna l-patrijiet fil-Honduras. Nhar il-11 tax-xahar huwa wasal fl-ajruport ta’ Tegucigalpa fejn laqghawh Mons. R. Camilleri OFM, Mons. J. Bonello OFM u P. Albert Gauci OFM. Wara li zar lil Kardinal O. A. Rodriguez, huwa beda vjagg ta 3 sieghat ghal Juticalpa, mistieden ta’ Mons. J. Bonello.

Hemm fost l-ohrajn, huwa ra l-bosta hidmiet li qed jaghmlu hutna l-patrijiet, kif ukoll qaddes fil-parrocca ta’ S. Gertrudis, immexxija minn P.Albert. Zar ukoll ic-centru li waqqaf huna P. Diego Vella kif ukoll il-qabar tieghu. Fl-14 huwa zar id-djocesi ta’ Comayagua immexxija minn Mons. Robert. Fost l-ohrajn, kellu l-opportunita li jzur is-seminarju djocesan. Qaddes ukoll fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Suyapa, fejn hemm midfun P. Felic Mansueto OFM. Wara zar il-parrocca fejn hemm P. Anglu Falzon OFM.