News

December 24, 2012
Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Fil-21 ta’Diċembru fil-Berġa ta’ Kastilja ngħataw il-premijiet fl-okkażjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Fost l-oħrajn il-ktieb ta’ P. Gorg Aqulina (R.I.P.) – Il-Frangiskani Maltin (1482c-1965c) rebaħ is-sezzjoni tar-’Riċerka Ġenerali bil-Malti jew b’ lingwa oħra’. Ha l-premju, minn idejn il-Prim Ministru ta’ Malta, Dr. Lawrence Gonzi, f’ isem il-provincja, P. Walter Vassallo.