News

July 29, 2014
3 laqgħat dwar il-Bibbja

Nhar il-Ġimgħa li għadda waslu fi tmiem is-serje ta’ 3 laqgħat dwar il-Bibbja organizzati minn p. Walter Vassallo ofm. Dawk li attendew kienu grati għal dawn il-laqgħat: “tgħallimt fil-prattika li l-kuntest storiku huwa importanti biex nifhmu l-messaġġ tal-Iskrittura”. “Indunajt kemm hemm x’wieħed jinżel fil-fond fil-fidi tagħna”. Il-possibiltà li wieħed jagħmel l-mistoqsijiet tiegħu għenet sabiex iċċarajna iktar dak li konna qed nitgħallmu u xi dubji personali.