News

August 29, 2014
Iż-Żjara Franġiskana

Iż-Żjara Franġiskana issa qabzet in-nofs. Għad-djar li laqgħuna kienet esperjenza sabiħa. Rajna li hemm ħafna għatx għall-fidi u ħafna ġenwinita.

Iż-Żjara Franġiskana bdiet b’mod uffiċċjali nhar it-Tlieta li għadda u tasal fi tmiemha nhar il-Ħadd fil-quddiesa tal-9:45.

Hija kkoordinata minn p. Walter Vassallo ofm, bis-sehem tal-Patrijiet Minuri, tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, is-sorijiet Franġiskani tal-Qalb bla tebgħa ta’ Marija, is-sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija, l-Ordni Franġiskan Sekular u xi lajci.