News

September 12, 2014
Festa tal Bambina ġewwa Londra

Bħal snin ta’ qabel il-Maltin ta’ Londra u dawk ta’ nħawi oħra fl-Ingilterra jiltaqgħu fil-Kattidral ta’ Westminster għat-tifkira taż-Żewg Assedji ta’ Malta taħt il-Patrocinju ta’ Marija Vittorja madwar il-Festa Nazzjonali ta’ Malta qrib it-8 ta’ Settembru.

Ser ikollna magħna l-Kardinal Malti Prospero Grech OSA u l-Presidenta ta’ Malta. Il-kor ta’ Malta Animae Gospel Choir jipprovdi kant ferrieħi waqt Quddiesa Solenni nhar is Sibt 13 ta’ Settembru. Il-librett tal-quddiesa jiġbor fih il-kontenut ta’ l-okazzjoni. Il-programm tal-jum jinsab fil-qosor fil-folja mehmuza.

A4 Publicity Leaflet 2014 (Malta Day-UK – UPDATED)

Malta Day-UK 2014 Church Booklet