News

October 04, 2014
Festa S. Franġisk: Messaġġ għal dawk li jinsabu barra minn Malta

Gheziez huti u hutna lkoll li bhalissa tinsabu barra minn art twelidna biex taqdu lill-Mulej u lill-Knisja Tieghu f’art barranija. Fl-okkazjoni tas-Solennita’ tal-Missier taghna San Frangisk,nixtieq ghan-nom tieghi personali, u ghan-nom tal-ahwa taghna kollha li jinsabu hawn Malta u Ghawdex, minn qalbi nirringrazzja lilkom lkoll li ftakartu fina u baghattulna l-awguri taghkom. Fl-istess hin irrid minn qalbi nirreciproka l-awguri, x-xewqat u s-sentimenti sbih taghkom.

Ibqghu certi li ghalkemm il-boghod mill-ghajn, imma zgur u qatt ma intom il-boghod mill-qalb. Specjalment f’mumenti bhal dawn, dak li lilna jaghmilna dak li ahna, u jorbotna haga wahda, ixejjen id-distanzi li hemm bejnietna. Kienet f’dawn il-gzejjer li ghal hafna minna, nibtet ghall-ewwel darba f’qalbna u gharafna is-sejha li l-Mulej kien qieghed ighamlilna. U kull wiehed minna bil-ghajnuna t’Alla, wiegeb b’generozita’ kbira ghal din is-sejha hekk kbira ta’ Imhabba.

Nawgura li dan il-mument tal-grazzja ghalina, ilkoll kemm ahna nergghu inhossu jheggeg gewwa sidirna, dik l-imhabba, dak l-entuzjazmu, dak il-ferh li hassejna dak inhar li, fic-cirkustanzi proprji ghal kull wiehed minna, ahna gharafna l-Imhabba ta’ Gesu’ ghalina u wegibna ghaliha, ghadda kemm ghadda zmien minn dak inhar. J’Alla nkomplu wiegebu kuljum ghal din is-sejha b’hegga, b’imhabba, b’ferh u entuzjazmu dejjem akbar.

Il-Mulej jaghtina s-Sliem Tieghu, u Missierna San Frangisk ibierek lilna lkoll.

B’imhabba sinciera u ghozza fraterna
P. Richard ofm