News

November 08, 2014
Ġejjieni taż-żewġ Provinċji Kanadiżi

Bejn it-30 u l-31 ta’ Ottubru, 2014, huna Fr. Jimmy Zammit ofm, li huwa President tal-Fondazzjoni ta’ Ontario tal-Provinċja Amerikana tal-Immakulata Kunċizzjoni, u kappillan tal-Knisja ta’ San Franġisk, ġewwa Toronto, l-Kanada, kien fost dawk li ħadu sehem f’laqgħa mal-Ministru Ġeneral Fr. Michael A. Perry ofm, li saret f’St. Francis Retreat Centre, Cochrane, Calgary ġewwa l-Kanada.

Din il-laqgħa kienet dwar il-ġejjieni taż-żewġ Provinċji Kanadiżi u attendaw għaliha fost l-oħrajn Fr. Francis Walter ofm, Definitur Ġenerali u Fr. Primo Piscitello ofm, Ministru Provinċjal tal-Provinċja Amerikana tal-Immakulata Kunċizzjoni. Din il-laqgħa saret sabiex jiddiskutu ristrutturar ta’ dawn iż-żewg Provinċji Kanadiżi fid-dawl tan-numru tal-aħwa li dejjem jonqos u sabiex jiskopru metodi ġodda ta’ kif jagħtu ħajja ġdida lill-preżenza Franġiskana f’dan il-pajjiż.