News

March 05, 2015
Maħtur ‘Animatur Vokazzjonali’ ġdid

Il-Ministru Provinċjal Patri Richard S. Grech ofm flimkien mad-Definitorju, ħatar lil P.Stephen Magro ofm bħala,‘Animatur Vokazzjonali’. Huwa ser ikun responsabli mill-ħidma vokazzjonali kollha fil-provinċja. Dan wara r-rezenja ta’ P. Joseph Ciappara ofm biex ikun jista jkompli l-istudji tiegħu għad-Dottorat fl-Iskrittura Mqaddsa.

Biex ikun jista jaqdi dan il-Ministeru aħjar b’risq dawk li jixtiequ jħaddnu l-Ħajja Franġiskana P.Stephen ħass li jkun aħjar li ma jibqgħax Gwardjan tal-Fraternita tar-Rabat, b’seħħ fi tmiem il-Festa ta’ San Ġużepp fid-19 ta’ Marzu 2015. Patri Stephen huwa wkoll Mastru tal-Postulanti u Segretarju għall-Formazzjoni u Studji.

Bħala Animatur, wara l-Għid huwa ser jattendi għall-Seminar li ser issir f’Ruma għall-Animaturi Vokazzjonali fl-okkazjoni tas-Sena tal-Ħajja Konsagrata organizzat mill-Kongregazzjoni għall-Ħajja Konsagrata. Huwa ser ikun wkoll qed jiltaqa ma animaturi oħra tal-Ordni.

Bħala Gwardjan ġdid għall-Fraternità tar-Rabat il-Provinċjal għażel lil P.Martin Coleiro ofm.