News

March 10, 2015
Espożizzjoni tal-Kurċifiss Mirakuluż

Nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Marzu fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu’ (Ta’ Ġieżu) il-Belt se jiġi espost il-Kurċifiss Mirakuluż għall-qima tal-poplu. Taħt it-tema ta: “Aħna nxandru ‘l Kristu msallab… qawwa u għerf ta’ Alla.” matul il-ġurnata se jkun hemm quddies, kif ukoll mumenti fejn il-partijiet se jkunu disponibbli għal-qrar. Wara kull quddiesa se jsir talb ta’ Fejqan quddiem l-istess Kurċifiss.

Il-Programm hu hekk:

Quddies:
7.15 am – immexxija minn P Albert Micallef OFM
8.00 am – immexxija minn P Raymond Camilleri OFM
9.00 am – immexxija minn P Raymond Falzon OFM
10.00 am – immexxija minn P Twanny Chircop OFM
11.00 am – immexxija mill-E.T. Mons Pawlu Cremona O.P., Arċisqof Emeritus
12.15 pm – immexxija minn P Marcello Ghirlando OFM
1.15 pm – immexxija minn P Raymond Falzon OFM
5.00 pm – immexxija mill-Ministru Provinċjal P Richard Grech OFM
6.15 pm – immexxija mill-Gwardjan P Marcellino Micallef OFM
7.30 pm – immexxija minn P Marcello Ghirlando OFM

Matul il-jum ikun hemm Patrijiet lesti biex jiċċelebraw is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni.
Il-Knisja tibqa’ miftuħa l-jum kollu għall-Qrar.

Wara kull quddiesa jsir TALB TA’ FEJQAN quddiem il-Kurċifiss.

programm15