News

March 24, 2015
Ġurnata irtir ġewwa l-Monasteru ta’ Casamari

Fil-21 ta’Marzu l-istudenti tagħna Fra Clive u Fra Ramon, flimkien mal-fraternita tad-dar tal-formazzjoni f’Ruma, marru għal ġurnata irtir ġewwa l-Monasteru ta’ Casamari, tal-Benedittini Ċisterċensi li jinsab fil-Provinċja Taljana ta’ Frosinone. Dan kien jum ta’ tħejjijja qabel ma jinżlu Malta fil-Kunvent tal-Formazzjoni fir-Rabat, għall-Ġimgħa l-Kbira u għall-Għid.