News

April 09, 2015
Laqgħa mal-Arċisqof

Fis-7 ta’April ir-Reliġjużi fil-formazzjoni flimkien mas-Seminaristi iltaqgħu mal-Arċisqof il-ġdid Mgr. Charles J. Scicluna fis-Seminarju Djoċesan, ir-Rabat.

Kienet esperjenza sabiħa kemm għax setgħu jiltaqgħu u jitkellmu mal-Arċisqof, kif ukollgħax kien mument fejn komplew isiru jafu lil xulxin, u b’hekk japrezzaw dejjem iżjed is-sejħat differenti li l-Mulej jagħmel fil-Knisja tiegħU filwaqt li jagħrfu l-importanza tal-għaqda fil-ħidma tal-Knisja.

Nitolbu għalihom huma u jkomplu jiġu ppreparati f’dak li Alla jrid minnhom.