News

April 21, 2015
Ġurnata irtir ġewwa Cori

Fit-18 ta’ April l-istudenti tagħna marru ġurnata irtir flimkien mal-fraternità tagħhom, ġewwa l-Kunvent ta’ San Franġisk li jinsab Cori (provinċja ta’ Latina fil-Lazio) u li nbena fl-1521. Kellhom konferenza dwar is-silta tal-ħasil tar-riġlejn fil-Vanġelu ta’ San Ġwann u wara ħin ta’ riflessjoni.

Dan il-Kunvent kien id-dar tal-Patrijiet tagħna sa sentejn ilu, meta ġie deċiż li jingħata f’idejn assoċjazzjoni biex il-post jinbidel f’dar tal-familja. Dan ifisser li hemm żewġ familji li qed jilqgħu magħom adoloxxenti li ġejjin minn sitwazzjonijiuet difficli u joffrulhom ambjent ta’ familja fejn jistghu ikomplu jikbru, jistudjaw, jaħdmu, sakemm isiru indipendenti. Il-Patrijiet tagħna minn kunvent ieħor fil-qrib joffru kull tip ta’ għajnuna possibbli.