News

April 27, 2015
Tberik ta’ Salib għas-Seminarju Franġiskan

Nhar il-Ħamis 23 t’April waqt quddiesa konċelebrata mill-fraternita’ tar-Rabat bħala parti mill-irtir tax-xahar, il-ministru provincjal P. Richard S. Grech, OFM bierek ikona (salib) li ser jitpogga fil-kappella tas-seminarju. Kif wieħed jista’ jara din l-ikona li saret mis-Sur Vince Mangani tistidnek mhux titlob quddiema biss imma anki tikkontempla il-ġmiel tal-wiċċ ta’ Kristu, is-Sultan Rebbieh.

Spjega tal-Kurċifiss

• Hu stil Biżantin jew Ortodoss.
• Kristu jidher mejjet, imma seren.
• Flok it-tabella tas-soltu, insibu: Is-Sultan tal-Glorja mibnija fuq is-sentenza ta’ San Pawl 1 Kor2, 8.
• Flok imsallab, jidher donnu qed jistrieħ u mhux imsallab mas-salib għax għalkemm mejjet hu rebbieħ.
• Id-deheb ta’ warajh jirrifletti l-glorja.
• Ġismu hu mingħajr feriti u demm: l-uniku demm hu l-qtar ħerġin mill-ħames pjagi.
• Taħt is-salib jidher għar. Skont it-tradizzjoni, fejn ġie msallab Ġesu’, kien hemm il-qabar ta’ Adam, l-ewwel bniedem, issimbolizzat bir-ras ta’ mewt.
• Id-demm ħiereġ mill-pjagi ta’ saqajh jidher qed iċarċar fuq din ir-ras għax Adam hu l-ewwel bniedem li ġie maħluq u hu l-ewwel bniedem li ġie mifdi.
• RAS Ġesu’qed tħares lejn il-lemin, in-nħa li, skont it-tradizzjoni, kien hemm imsallab il-ħalliel it-tajjeb u fejn kienet wieqfa Ommu Marija.

• Franġisku jidher fejn saqajn Ġesu’, qed jikkontempa il-pjagi ta’ saqajh.
• Jidher żgħir għax Kristu jibqa’ l-persunaġġ l-aktar importanti.