News

July 29, 2015
Programm ta’ Żjarat Mgr. G. Bugeja

Wara l-aħbar sabiħa li mlietna lkoll bil-ferħ tal-ħatra ta’ ħuna P. George Bugeja ofm għall-Episkopat mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, nixtieq ninfurmawkom bil-programm ta’ żjarat li se jagħmel fil-Fraternitajiet Franġiskani.

  • Il-Ħadd 2 t’ Awwissu fl-10.30 am

Imexxi Quddiesa konċelebrata fil-knisja ta’ Sta. Marija tal-Anġli, fl-okażżjoni tal-festa tal-Porziuncola.

  • It-Tlieta 11 t’ Awwissu fis-6.30 pm 

Imexxi Quddiesa konċelebrata fil-Monasteru tal-Klarissi fl-okażżjoni tal-festa ta’ Santa Klara.

  • Il-Ħamis 27 t’ Awwissu fit-8.00 pm

Velja ta’ talb bi tħejjija għall-Ordinazzjoni Episkopali fil-Kolleġġjata Bażilka tax-Xagħra mmexxija minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Matulha jiġu mbierka l-insinji episkopali: il-mitra( mogħtija mill-parroċċa Xagħra), il-baklu (offrut mill-provinċja franġiskana) ċurkett (mogħti minn Propaganda Fidei) u s-salib (offrut mill-komunita’ ta’ Għajnsielem).

  • Il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru fis-6.30 pm

Ordinazzjoni Episkopali fil-Bażika Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech assistit minn Nunzju Appostoliku u l-Isqof Mons. J. Bonello, OFM. L-Isqof elett jiġi akkumpanjat mill-Minstru Provinċjal u l-Arċipriet tax-Xagħra.

  • Is-Sibt 12 ta’ Settembru fis-7.00 pm

Imexxi Quddiesa konċelebrata fil-knisja ta’ Sant’ Antnin, Għajnsielem.

  • L-Erbgħa 16 ta’ Settembru fis-6.30 pm

Imexxi Quddiesa konċelebrata fil-knisja tal-Ħamrun, lejliet il-festa titulari.

  • Il-Ħadd 27 ta’ Settembru fl-9.45 am

Imexxi Quddiesa konċelebrata fil-knisja ta’ Sta. Marija ta’ Ġesu’, r-Rabat.

  • Il-Ħamis 1 ta’ Ottubru 9.30am – 1.30pm

Ftuħ taċ-Ċentru Franġiskan – Porziuncola Baħar iċ-Ċagħaq.

  • Il-Ħadd 4 t’ Ottubru fid-9.30 am

Imexxi Quddiesa konċelebra fil-Parroċċa tas-Sacro Cuor tas-Sliema.

  • Il-Ħadd 4 t’ Ottubru fis-6.15pm

Imexxi Quddiesa konċelebrata fil-Knisja ta’ Sta. Marija ta’ Ġesu’, l-Belt Valletta.