News

July 29, 2015
Festa tal-Porziuncola ġewwa d-‘Domus Pacis’

Bejn it-30 ta’ Lulju u t-2 ta’ Awwissu 2015, għall-ewwel darba se tiġi ċċelebrata l-Festa tal-Maħfra (tal-Porziuncola) ġewwa id-‘Domus Pacis – Retirement Friary’ f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Il-Programm ivarja minn amministrazjoni tas-Sagrament tal-Griżma tal-Morda, Quddies, ħsieb fuq il-Maħfra tal-Porziuncola u t-Tħabbira tal-indulġenza.

Nhar l-1 ta’ Awwissu l-Fraternità li hija magħmula minn Fr. Lorrie Zerafa, Fr. Kerubin Galea, Fr. Ġwann Micallef, Fr. Sebastian Camilleri u Fr. Ġużepp Camilleri tingħaqad ma dik ta’ Sta. Marija tal-Anġli għall-Quddiesa mmexxija mill-Ministru Provinċjal Fr. Richard S. Grech, OFM.

Ara programm għal aktar informazzjoni