News

August 03, 2015
Iċċelebrata l-festa tal-Porziuncola

Bejn il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju u t-2 ta’ Awwissu ġiet iċċelebrata l-festa tal-Porziuncola fil-Knisja tagħna ta’ Santa Marija tal-Anġli, f’Baħar iċ-Ċagħaq.  Din il festa kienet ikkaraterizata minn żewġ mument partikolari: is-Sibt l-1 ta’ Awwissu fejn f’quddiesa mmexxija mil-Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM, il fraternità tad-“Domus Pacis – Retirement Friary” ingħaqdet mal-fraternità ta’ Santa Marija tal-Anġli.

It-Tieni mument kien fil-jum tal-festa fejn saret quddiesa mmexxija mill-Isqof il-ġdid ta’ Tripli Mons. George Bugeja OFM. Fl-aħħar tal-quddiesa r-Rettur tal-Knisja Fr. Paul Attard OFM f’isem il-komunità ippreżżenta Mitra lill-Isqof il-ġdid.