News

August 04, 2015
Ħarġa wara l-Festa tal-Porziuncola

Nhar it-3 ta’ Awwissu, l-Provinċja bħala parti mil-festa tal-Porziuncola orġaniżżat ħarġa fuq il-baħar għal Għawdex. Numru sabiħ ta’ Patrijiet, studenti u pre-postulanti iltaqajna għal ftit ħin flimkien għal dawra bid-dgħajsa.  Għal-ħabta tal-ħamsa ta wara nofsinhar iltqajna l-Fekruna u b’dgħajsa imdaqsa bdejna l-mawra tagħna lejn Għawdex.  Għamilna waqfa r-Ramla fejn stajna ngħumu u wara waqfa oħra l-Blue Lagoon, Kemmuna fejn ukoll kellna ħin mhux ħażin għal għawm.

Apparti l-ħin għal għawm kien mument sabiħ ħafna fejn bħala Provinċja ltqajna u wieħed seta’ jitkellem u jirrakonta mumenti ta’ dak li jkun għaddej minnu.  Għal ħabta tat-tmienja erġajna kollha fuq id-dgħajsa fejn kilna xi ħaġa, u wara bdejna t-triq lura lejn il-Fekruna fejn meta wasalna kulħadd reġa qabad it-triq lejn daru. Grazzi u prosit lill-organizzaturi.