News

August 05, 2015
Jippreparaw għall-Professjoni

Bħalissa l-istudenti tagħna Fr. Ramon Farrugia u Fr. Clive Camilleri għaddejin bil-preparazzjoni tagħhom għall-Professjoni.

Fr. Ramon qed jagħmel xahar irtir bħala preparazzjoni għall-Professjoni Solenni tiegħu – li se jwiegħed li jgħix il-voti ta’: bla xejn tiegħu, fil-kastità u l-ubbidjenza għal ħajtu kollha – li ser issir nhar it-Tnejn 7 ta’ Settembru fil-Parroċċa ta’ Santa Marija, Ħ’Attard.  Huwa beda l-irtir tiegħu b’pellegrinaġġ ġewwa l-Art Imqaddsa fejn mexa fuq il-pass ta’ Ġesù, u bħalissa qed ikompli permezz ta’ konferenzi, riflessioni u talb.

Fr. Clive qed jagħmel ġimgħa irtir bħala preparazzjoni għal professjoni Temporanja – li se jwiegħed li jgħix il-voti ta’ bla xejn tiegħu, fil-kastità u l-ubbidjenza għal sena – li għandha ssir lejn l-aħħar ta’ Settembru.   Hu qed jagħmel l-irtir tiegħu f’Mount St. Joseph u mmexxi minn Fr. Joseph Ciappara.

Nawguraw u nitolbu għal dawn ħutna, ħalli San Franġisk ikompli jkun dak li jispirhom ħalli dejjem ifittxu lil Alla fil-ħajja tagħhom.