News

August 08, 2015
60 sena Saċerdot

Nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Awwissu, P. Dijonisju Mintoff, ofm iċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ San Franġisk il-Ħamrun f’għeluq is-60 sena mill-Ordinazzjoni saċerdotali tiegħu.  Waqt din il-konċelebrazzjoni kienu preżenti l-patrijiet tal-fraternità kif ukoll il-komunità Franġiskana li tattendi f’din il-Knisja u ħbieb.

Waqt l-omelija P. Dijonisju iddeskriva l-ħajja tiegħu u kif bil-għajnuna t’Alla huwa wasal sa hawn fost id-diversi ħidmiet li huwa wettaq speċjalment fil-Laboratorju tal-Paċi.  F’isem il Provinċja nawgurawlu Ad multos annos!