News

September 05, 2015
P. George ordnat Isqof Koadjutur ta’ Tripli

Il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru, P. George Bugeja, OFM ġie ordnat Isqof Koadjutur Appostoliku ta’ Tripoli fil-Libja u Isqof Titulari ta’ San Leone. L-Ordinazzjoni Episkopali saret fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu fl-Għarb Għawdex.

Mgr. George Bugeja ġie Ordnat Isqof mill-Isqof Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex; Isqfijiet Ko-Ordinanti kienu l-Mons. Savio Hon Tai-Fai, S.D.B. Arċisqof Segretarju tal-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli u Mons. Joe Bonello O.F.M. Isqfijiet oħra preżenti kien hemm Mons. Mario Roberto Cassari, Nunzju Appostoliku għal-Malta u l-LIbja; Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta; Mons. Vincent Landel S.C.J, Arċisqof tal-Marokk u president tal-Konferenza Episkopali tal-Afrika ta’ Fuq; Mons. Sylvestru Magro O.F.M. Vigarju Appostoliku ta’ Benghazi, il-Libja; Mons. Robert Camilleri O.F.M. Isqof ta’ Comayagua, il-Honduras; Mons Paul Darmanin O.F.M.Cap Isqof ta’ Garissa, fil-Kenja u Mons. Joe Alessandro O.F.M.Cap Isqof Koadjutur ta’ Garissa fil-Kenja.

Jakkumpanjawħ kien hemm il-Provinċjal P. Richard S. Grech O.F.M u Mons. Carmelo Refalo, Arcipriet tax-Xagħra. Għal din l-okkazzjoni kien hemm ukoll il-Viġarju Ġenerali tal-Ordni tal-Patrijiet Minuri, P. Julio Bunader O.F.M u diversi Patrijiet, Qassisin, Sorijiet, membri Parlamentari, familjari u ħbieb.

Waqt l-omelija tiegħu Mons. Mario Grech qal: “li hu jara l-imħabba t’Alla għal Knisja ta’ Tripli, imma ukoll għal gżira ta Għawdex, gżira żgħira imma kbira fil-ġenerożita.

Hu qal li l-Mulej għażlek biex tagħmel il-frott… Se tissieħeb fil-kulleġġ tal-Appostli, kulleġġ li hemm ħafna martri ukoll! Hu tkellem fuq il-vokazzjonijiet qaddisa li l-gżira qed toffri bħal ma huma ukoll familji qaddisa u ta’ ħafna ġenerożità. Żgur li l-eżempji tajbin ixejnu l-ħżiena.

Hu l-Mulej li jagħtina l-mudel tal-imħabba, Hu li jħobb, lest jagħti ħajtu! U kif wieħed jagħti ħajtu?: ħobbu lil għedewwa, għamlu l-ġid lil min jobgħodkom, itolbu għal minn iżeblaħkom… Mhux ħafif imma la l-Mulej ipproponijulna allura huwa possibli… Din hija l-‘letizia perfetta’.

Il-ministeru tiegħek hu ministeru tal-imħabba. Hu fakkar dak lil Ġesù qal lil Pietru: tħobbni int? Inħobbu lil Ġesù fil-proxxmu tagħna. Il-ħajja sempliċi għandha tkun il katedra. Importanti li tibqa tħobb anke meta tkun waħdek! Importanti li twaħħal għajnejk fuq il-kurcifiss – il preżż li trid tħallas biex tkun isqof.” Huwa temm l-omelija billi tenna li l-Madonna ta’ Pinu tgħinek tirbaħ il-vjolenza bl-imħabba.

Wara l-omelia kompla r-rit tal-Ordinazzjoni Episkopali u tal-Quddiesa u fl-aħħar tal-Quddiesa Mons. George Bugeja poġġa bukkett fjuri f’riġlejn il-Madonna ta’ Pinu.