News

September 08, 2015
Fr. Ramon jagħmel il-Professjoni Solenni

It-Tnejn 7 ta’Settembru, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija f’Ħat-Attard, f’quddiesa kkonċelebrata minn diversi Sacerdoti, saret il-Professjoni Solenni ta ħuna Fr. Ramon Farrugia, OFM. Kienet okkażjoni sabiħa fejn fraħna bħala Provinċja Franġiskana Maltija.

Iċ-ċelebrazzjoni kienet immexxija mil-Provinċjal P. Richard S. Grech bis-sehem ta’ ħafna patrijiet, saċerdoti, qraba u ħbieb ta’ Fr. Ramon. Kienet xi ħaġa tassew sabiħa ukoll il-parteċipazzjoni ta’ bosta reliġjuzi oħra, fejn dawn anke taw is-servizz tagħhom waqt din l-istess ċelebrazzjoni.  Wara komplejna naqsmu il-ferħ tagħna flimkien fiċ-ċentru Parrokjali.

Nawguraw lil Fr. Ramon għal din l-okkazjoni fejn qal l-‘iva’ tiegħu lil Mulej għal dejjem, u nawgurawlu ukoll li jkompli miexi l-quddiem u jissaħħaħ fis-sejħa li l-Mulej għoġbu jagħmillu.  Ad Multos Annos!