News

September 15, 2015
Il-“Malta Day” ġewwa Londra

Nhar is-Sibt 12 ta’ Settembru, 2015 ġiet iċċelebrata ġewwa Londra, il-“Malta Day”. Il-ġurnata bdiet bil-ftuħ ta’ fiera ġewwa l-Westminster Cathedral Hall mill-Eċċellenza Tiegħu l-High Commissioner ta’ l-Ingilterra s-Sur Norman Hamilton.

Għal din il-fiera kienet mistiedna iddoqq is-St. Sebastian’s Brass Band. Ġew bosta nies biex jixtru l-ikel tradizzjonali Malti bħal pastizzi, mqaret, ġbejniet, etc. Wara nofsinhar saret il-Quddiesa Solenni immexxija mill-Ministru Provincjal P. Richard Stanley Grech ofm flimkien ma’ P. Victor Camilleri ofm, kappillan tal-Maltin fl-Londra, ma’ P.. Charles Diacono ofm u P. Charles Grech ofm li kienu jinsabu Londra, Fr. Claude Portelli, il-Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan, Malta u saċerdoti oħra Inglizi. Mexxa l-kant il-kor ta’ San Ġiljan u għal din il-Quddiesa attendew bosta nies, fosthom il-High Commissioner u l-Ministru tat-Turiżmu s-Sur Edward Zammit Lewis (MP).

Wara l-Quddies saret il-purcissjoni bix-xbieha ta’ Marija Bambina u filgħaxija saret ikla ġewwa l-Kingsway Hotel Londra fejn għalqet il-ġurnata.