News

September 26, 2015
Ir-reliġjużi f’laqgħa mal-Arċisqof

Il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru r-reliġjużi rġiel kienu mistiedna għal-laqgħa mal-Arċisqof Mons. Charles Scicluna fl-Istitut Kattoliku l-Furjana. L-Arċisqof ta titlu l-laqgħa: “B’xejn ħadu b’xejn għatu”. Huwa tkellem fuq tlett aspetti: Akkoljenza, Dawl u Ħniena.

AKKOLJENZA: Akkoljenza għandha tiġi murija man-nies. Il-Mulej jilqana’ kif aħna, huwa jqaddisna u jurina l-imħabba vera. Għandna dejjem nagħtu akkoljenza bi spirtu ta’ gratwità. Il-poplu għandu jfittex ir-reliġjużi għal qrar u counseling. Huwa hawnhekk li l-poplu jikseb faraġ kbir. Mons. Isqof tenna li  jixtieq li l-poplu jkompli jesperjenza din l-akkoljenza.

DAWL: Ir-reliġjużi għandhom ikunu ulied id-dawl.  U dan jista’ jsir permez tal-professjoni. Importanti li aħna naqsmu dan id-dawl mal-poplu u hekk il-poplu jiddawwal fil-menti, fir-ruħ u fil-ħajja tiegħu.

HNIENA: Id-djar tagħna rridu jkun djar tal-ħniena. Dan għandu jiġri speċjament f’din s-sena tal-ħniena. Huwa wera l-importanza biex inħarsu lejn il-fundaturi tagħna, fl-istess ħin importanti li ma nibżgħux mid-djufija tagħna.

L-Arċisqof jippretendi li jgħixu l-faqar b’mod inteligenti u dan għaliex il-poplu jistenna xhieda ta’ faqar. U dan kif?

  • Bil-kuntatt man-nies.
  • Ġenerożità evidenti meta niltaqgħu man-nies.
  • Inkunu mal-Isqof fuq il-kuleġġi.
  • Il-Parroċċi ikunu fi spirtu kolleġjali.
  • Li nħaddmu r-riżorsi tagħna tajjeb.
  • Li inkunu f’sintonija mal-Papa u mal-Isqof.
  • U nwasslu l-maġisteru lil poplu ta’ Alla.

Huwa kompla fuq l-importanza tal-użu reliġjuż u vokazzjonali fuq il-midja Soċjali, kif ukoll li kull provinċjal jippromwovi l-vokazzjoni u screening rigoruż. Tenna ukoll fuq ix-xhieda li nagħtu lil lajċi li jaħdmu magħna.

Il-viżjoni tal-Arċsqof għal Knisja f’Malta dan iż-żmien?

Meta tkellem fuq il-viżjoni tiegħu għal-Knisja f’Malta huwa saħaq fuq l-Evanġlizzazjoni. Li tfisser, li rridu nibdew nevanġlizzaw minna nfusna. L-evanġelizzazjoni trid tibda minna.

Il-viżjoni fuq il-kelma ta’ Alla u tal-Knisja tiegħu u li il-Vanġelu jrrid ikun ħaj u mhux ‘à la carte‘;

Nagħtu spazju tad-diversi linguaġġi li hemm fil-Knisja. Jixtieq il-Knisja, Vibranti u ferriħa, kif ukoll solidali u sobrija, saqaja mal-art fejn tagħti risposta u soluzjoni.  Importanti li ma nkunx ostaġġi imma protagonisti tal-istorja.

Jixtieq Knisja missjunarja: avventura li tkompli, u li nkomplu nħarsu barra minn xtutna, għax hija barka għad-djoċesi.  Irridu nħossuna ‘at home‘ f’dinja globali: nidħlu fi djalogu ma ħaddieħor. Irridu nitkellmu speċjalment fuq issues kurrenti fil-pajjiż. Irrid Knisja attenta minn nases tax-xitan. Irridu nibżgħu mis-suppervja, milli nista nsalva lili nifsi, milli nsiru wisq negattivi, mil-poter tad-dinja. Trid tkun Knisja li taqdi anke f’dawk li huma inqas minna. Knisja li taf tiċċelebra bil-ferħ il-fidi tagħha. Huwa tenna l-importanza tat-talb u saqsa aħna bħala reliġjużi fejn qedin? Qedin nitolbu? U ħeġġeġ biex nerġgħu niskopru t-talba tar-Rużarju, t-talba tal-umli.

Predikazzjoni

Il-predikazzjoni hija għar-reliġjużi kollha. Qalb li tkellem qalb oħra. X’messagg irridu nwasslu? Hu fakkar li biex wieħed jirgħa rrid iħobb.

Xewqat għal Ġublew tal-ħniena

L-Arċisqof ħeġġeġ biex inkunu disponibli għal qrar u importanti li aħna ukoll inqerru ta spiss. Irridu nkunu protagonisti fuq il-kamandamenti t’Alla. Nuru atteġjament ta’ akkoljenza. Fil-qrar bħal ma jgħid il-Papa m’għadniex nuru ħruxija. L-Avvent u r-Randan irridu jkunu żmien ta grazzja. Ħeġġeġ pastorali specjali ma dawk li qedin fil-periferija. Nipromwovu tal-ewwel ġimgħa tax-xahar, qrara u tqarbin. Għandu jkun mument ta’ grazzja biex niġġeddu.