News

September 30, 2015
Jibda l-Postulandat

L-Erbgħa 30 ta’ Settembru, f’Ċelebrazzjoni privata mal-familjari, ħbieb u l-Fraternità Franġiskana tar-Rabat li hu se jkun jgħix fiha, Antoine Galdes minn Ħal-Qormi beda l-mixja Franġiskana bħala Postulant, esperjenza li se jkollu mal-Patrijiet idum sentejn biex fihom jiddixxerni s-sejħa tiegħu.


Antoine Galdes,twieled fit-13 ta’ April,1995 Iben George Galdes u Nicħolina Aquilina. Huwa t-tieni wild fil-familja Galdes wara oħtu Colette. Ġie Magħmed fil-Knisja Arċipretali u Matriċi ta’ San Gorġ Megalomartri Ħal-Qormi fl-14 ta’ Ġunju 1995, fl-istess Parroċċa Antoine irċieva l-Griżma tal-Isqof nhar s-6 ta’ Novembru 2005. L-Ewwel tqarbina fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan. Irċieva l-edukazzjoni Primarja tiegħu fl-Iskola Ġorġ Zammit Ħal-Qormi u dik Sekondarja fil-Kuleġġ San Injazju fil-Ħandaq.
Fit-tfulija u ż-żogħżigħa tiegħu baqa’ jattendi fil-qasam tal-Museum bħala Kanditat fl-istess Soċjeta’ MUSEUM u kien ukoll Leader fil-Grupp tal-Abbatini li għal xi żmien kien imexxi l-laqgħat ta’ formazzjoni. Fis-sajf tal-2013 għamel l-esperjenza tiegħu bħala abbati fil-belt tal-Vatikan fejn hemmek iltaqa’ mal-Papa Franġisku fejn ukoll żgħar il-Belt ta’ Assisi. 

Antoine kompla jħoss s-sejħa li jservi l’Alla b’mod aktar sħiħ bid-dixxerniment tiegħu filwaqt li kien Leader fil-Grupp taż-żagħżagħ Link. Matul dawn s-snin Antoine Kien impenjattiv fil-parroċċa minn fejn ġej, għamel xhar esperjenza mat-tfal fl-istitut ‘Sagra Familja’, tas-Sorijiet f’Ħaż-Żabbar kif ukoll esperjenża f’dar tal-Anżjani fil-Qawra. Kienu esperjenzi li Antoine kompla iħoss l-Mulej għalfejn qed isejjaħlu sabiex b’imħabba s-servi l-Knisja tiegħu.

Beda s-sixth form f’Giovanni Curmi Higher Secondary School fejn hemmek kompla jġib l-eżamijiet meħtieġa. Kien proprju f’dan ż-żmien li Antoine iltaqa’ mal-Patrijiet Minuri fejn kompla b’esperjenzi vokazzjonali u d-dixxerniment tiegħu flimkien mad-direttur spiritwali.