News

October 01, 2015
Laqgħa formattiva tal-Provinċja għal-patrijiet 

Nhar il-Ħamis 1 ta’ Ottubru fid-dar tal-Irtiri f’Baħar iċ-Ċagħaq il-patrijiet iltaqgħu għal nofs ta’ nhar flimkien. Bdejna b’mument flimkien informali u wara dħalna għal żewġ laqgħat minn Dr. Vince Caruana, għalliem l-università fuq it-tema tal-Biodiversita. Tema li għanda xtaqsa ħafna mal aspett Franġiskan. 

Huwa tkellem fuq dak li hemm fl-Enċiklika ‘Laudato Si’ ta’ Papa Franġisku. Huwa ħa paraġrafu 24 li titkellem fuq il-bidla tal-klima u l eko-sistema u aħna x’nistgħu nagħmlu bħala Franġiskani.

Waħda mid-domandi li huwa għamel kienet għaliex aħna għadna nieħdu ħsieb in-natura ta’ madwarna.  U ħalla d-domanda miftuħa biex kulħadd ikun jista’ iwieġeb u jaħseb fuqha personalment. Imma importanti li narawha b’mod edukattiv li trid tkun tal-moħħ, tal-qalb u tal-idejn. Wara ta xi raġunijiet għaliex għadu jimpurtana mil-biodiversita: ekonomiċi, mumenti ta mistrieħ, is-saħħa, drittijiet umami u spiritwali.

Huwa spiċċa billi wera l-importanza fuq il-bidla fil-mentalità u x’alternativa teżisti billi kkwota l-enċiklika paragrafu 180 fejn il-Papa ukoll ta xi soluzzjonijiet.

It-tieni sessjoni kienet immexxija mis-Sur Paul Pace li kompla fuq dak li tkellimna qabel u żied l-importanza tal-azzjoni u fuq dan ibbaża is-sessjoni fuq l-enciklika ‘Laudato Si’ u fuq S. Franġisk meta Gesù qallu mur sewwi d-dar tiegħi, apparti r-riferiment għall-Knisja hu għamel riferenza għad-dar naturali li ngħixu fiha: l-ambjent, għax aħna nagħmlu parti minn dan l-ambjent u ma nistgħux niseparaw minnu.

Hu kompla jitkellem fuq l-ekoloġija integrali kif ukoll semmha temi rikorrenti dwar l-ekologija bbażati fuq l-istess Enċiklika.  Wara segwa billi ta spjega vasta fuq din l-enċiklika.