News

October 04, 2015
Iċċelebrata l-Festa ta’ Missierna San Franġisk

Il-Ħadd filgħaxija 4 ta’ Ottubru f’quddiesa kkonċelebrata minn Mons. George Bugeja,OFM ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Missierna San Franġisk fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, il-Belt Valletta.

Waqt l-omelija tiegħu hu ta ħarsa lejn il-ħajja ta’ S. Franġisk, spjega li minn ħajja ta’ poter beda miexi lejn il-konversjoni. U li din il-konversjoni tista tiġi biss mill-kelma ta’ Alla. Konversjoni li bdiet billi ta ħarsa lejħ innufsu. Hekk beda jirranġa l-Knisja tiegħu billi beda jibdel lilu nnifsu u jiffoka fuq il-kelma ta’ Alla.

Din il-konversjoni ġabet ħafna segwaċi wara Franġisku. Mons. Isqof għamel mistoqsija jekk il-ferħ li sab Franġisku, insibuħx aħna! Dan jista’ biss jinstab permezz tal-kelma t’Alla.

Qabel il-barka tal-aħħar il-Gwardjan P. Marcellino Micallef, OFM ippreżenta lil Isqof faxxa tal-isqof u s-sinjorina Silvia Ebejjer, president tal-Mission Fund, f’isem il-Mission Fund ppreżentawlu €5000. Minn naħa tiegħu Mons. Isqof irringrazzja lil kulħadd u talab għat-talb għal din il-missjoni ġdida tiegħu.