News

October 07, 2015
Jiċċelebraw 25 sena professi

P. Anton Farrugia, OFM u P. Stephen Magro, OFM iċċellebraw il 25 sena mill-Professjoni Reliġjuża tagħhom.

P. Anton iċċelebra quddiesa ta’ ringrazzjament nhar is-17 ta’ Settembru fl-okkażżjoni tal-Festa tal-pjagi u l-ġurnata meta 25 sena ilu huma professaw. L-omelija kienet immexxija minn P. Twanny Chircop, OFM fil-Knisja ta’ San Franġisk, il-Ħamrun; filwaqt li P. Stephen iċċelebra l-quddiesa nhar is-6 ta’ Ottubru, bl-omelia minn P. Richard S. Grech, OFM Ministru Provinċjal fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, ir-Rabat.

Waqt l-omelia tiegħu P. Richard għaqqad din l-okkażżjoni mas-Sinodu li bħalissa għaddej f’Ruma dwar il-familja. Hu tkellem fuq id-diversi diffikultajiet li ż-żgħażagħ jiltaqgħu magħhom, imma semma li waħda mir-raġunijiet hija n-nuqqas ta’ awtentiċità tagħna bħala reliġjużi. Huwa għamel ħafna kuraġġ lil P. Anton u P. Stephen li huma ta’ eżempju għax ġew jirringrazzjaw lil Alla ta’ dawn is-snin.

Huwa semma ukoll il-problema li l-familji llum mhux attenti biex jaraw li jista’ jkun li Alla qed isejjaħ it-tfal tagħhom għaliĦ, kif ukoll in-nuqqas ta’ talb fil-familji. U allura ħeġġeġ biex ma naqtgħux qalbna u nitolbu, ħalli l-Mulej ikompli ssejjaħ żgħażagħ ġenerużi.

Wara l-Omelia huma ġeddew il-wegħediet reliġjużi f’idejn il-Ministru Provinċjal.
 

Professaw: 17 ta’ Settembru 1990
F’idejn il-Provinċjal P. Ġużepp Beneditt Xuereb, OFM
Xhieda: Mons. George Bugeja, OFM (Gwardjan) u P. Twanny Chircop, OFM (Mastru)

17 ta’ Settembru – P. Anton Farrugia, OFM

 

6 ta’ Ottubru – P. Stephen Magro, OFM