News

October 12, 2015
Il-Ministru Provinċjal ġewwa l-Istati Uniti

Bejn it-12 u l-25 ta’ Ottubru l-Ministru Provinċjal, P. Richard S. Grech, OFM, qed jattendi għall- laqgħa tal-Konferenza tal-Lingwa Ingliża tal-Ordni tagħna li din id-darba qed issir ġewwa New York.

Minn hemm jibqa’ sejjer, għal ġimgħa oħra ta’ laqgħat, din id-darba ġewwa California, tas-Segretarjat tal-Missjoni u Evanġelizzazzjoni tal-ESC (English Speaking Conference) u li għaliha ser jingħaqad miegħu Fr. Lorrie Zerafa ofm, Segretarju Provinċjali tal-Missjoni u Evanġelizzazzjoni.