News

October 22, 2015
Il-Franġiskani mill-ġdid fil-Parroċċa tal-Iklin

Wara l-esperjenza sabiħa taż-Żjara Franġiskana fil-Parroċċa tal-Iklin is-sajf li għadda, issa fil-weekend li ġej (24 u 25 ta’ Ottubru) fl-istess Parroċċa ser jiġi ċċelebrat Jum il-Ħajja Konsagrata.

Aħna l-Patrijiet Franġiskani flimkien ma ħutna s-sorijiet Franġiskani u s-sorijiet Klarissi, sejrin nanimaw il-quddies, inwasslu messaġġ vokazzjonali u nitolbu għal aktar vokazzjoniet reliġjużi fil-Knisja.

B’din l-esperjeza rridu nuru u nagħtu xhieda tas-sbuħija u l-valur tal-ħajja kkonsagrata bħala don t’Alla lil Knisja. Għalhekk nitolbu għal din il-Komunità parrokjali b’mod speċjali għaż-żgħażagħ ta’ din il-parroċċa biex jilqgħu l-messaġġ franġiskan u sejħa li jista’ jagħmel il-Mulej biex jgħixu l-ferħ tal-vanġelu.


Jekk tixtieq iktar informazzjoni żur is-sit: www.vokazzjonijietfrangiskani.org u jew www.fb.com/FranciscanVocationsMalta

ĦINIJIET:

Is-Sibt 24 t’Ottubru 18:00 Titkellem Soru Klarissa tal-Klawsura mill-Monasteru tal-Klarissi f’San Ġiljan

Is-Sibt 24 t’Ottubru 19:45 Quddiesa ċċelebrata minn P. Joseph Magro, Franġiskan

Il-Ħadd 25 t’Ottubru 08:30 Quddiesa ċċelebrata minn P. Stephen Magro,Franġiskan

Il-Ħadd 25 t’Ottubru 10:00 Qsim t’esperjenzi minn Soru tal-Franġiskani Misjunarji ta’ Marija u Soru Franġiskana tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija (Tal-Eġittu)

Il-Ħadd 25 t’Ottubru 11:15 Quddiesa ta’ Ringrazzjament tad-Don tal-Ħajja Konsagrata lil Sister Elaine Spiteri mill-istess parroċċa.

Il-Ħadd 25 t’Ottubru 18:00 Quddiesa ċċelebrata minn P. Stephen Magro,Franġiskan