News

October 22, 2015
P. Walter premjat l-aħjar student fil-Liċenżjat fil-Liġi Kanonika

Il-Ħamis 22 ta’ Ottubru fl-Università Pontificja Antonianum timmarka l-bidu ta’ Sena Akkademika Ġdida.  Din is-sena premjaw l-aħjar studenti tas-sena 2014-2015.   Din il-premjazzjoni tal-aħjar student fid-diversi fakultajiet hija inizjattiva ġdida li ħadet l-istess Università biex tħajjar lill-istudenti jkomplu jistudjaw.

P. Walter Vassallo, OFM li bħalissa qiegħed jagħmel Masters fil-Formazzjoni ha l-premju għall-aħjar student fil-Liċenżjat fil-Liġi Kanonika għas-sena 2014-2015.

Għal dan l-avveniment kien hemm r-Rettur Sr. Mary Melone, il-Gran Kanċillier, il-Ministru General P. Michael A. Perry kif ukoll P. Cesare Vaiani, is-Segretarju tal-Formazzjoni u Studji l-ġdid u Sinisa Balacic il-Vici-Segretarju.