News

October 23, 2015
Jibda l-Formazzjoni għad-Djakonat

Fr. Ramon Farrugia, li bħalissa jinsab fil-Parroċċa San Gregorio VII ġewwa Ruma u li qiegħed itemm l-aħħar sena ta’ studju tat-teoloġija ġewwa l-Pontificia Università Antonianum beda l-mixja ta’ formazzjoni li għanda twasslu primarjament għall-Ordinazzjoni Djakonali s-sena d-dieħla.

Għal din it-tappa ta’ formazzjoni Fr. Ramon ingħaqad mal i-SFAMO (Servizio di Formazione ai Ministeri Ordinati) tal-Provinċja Serafika ta’ San Frangisk t’Assisi, fl-Umbrija; l-istess provinċja li fiha kien għamel is-sena tan-novizzjat ġewwa Assisi. Flimkien miegħu hemm 8 patrijiet oħra ta’ din il-provinċja li ser jiltaqgħu għal jumejn ta’ konferenzi kull xahar ġewwa Santa Maria degli Angeli, minn issa sa Mejju.

L-ewwel sessjoni saret bejn il-21 u t-22 ta’ Ottubru fejn ġew preżentati tlett temi; minn qassis u żewġ patrijiet, kif ukoll pellegrinaġġ żgħir bil-mixi sa Cannara, fejn San Franġisk kien għamel il-famuża priedka lill għasafar.