News

November 10, 2015
Ġimgħa ta’ attivitajiet Vokazzjonali f’tas-Siliema

Bħalissa fil-Parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor, f’tas-Sliema għaddeja ġimgħa ta’ attivatijiet Vokazzjonali, li tibqa sejra sa nhar il-Ħadd 15 ta’ Novembru.  Dan jinkludi quddies, mumenti ta’ talb, kif ukoll laqgħat ma’ diversi għaqdiet.

Dan kollu qed issir biex jinħoloq għarfien fuq l-importanza li aktar żgħażagħ ma jibżgħux jgħidu l-‘iva’ tagħhom u jagħmlu esperjaenza vokazzjonali fil-kunventi tagħna.

Għal dawn l-attivitajiet qed jiġu antimati minn P. Stephen Magro, OFM animatur vokazzjanali, flimkien ma’ Antoine Galdes, Postulant.  Għalhekk l-istedina tagħna hija biex inti ukoll tattendi għal dawn il-laqgħat u tħajjar oħrajn jagħmlu l-pass biex jgħidu l-‘IVA’ tagħhom.