News

November 11, 2015
Seminar dwar il-futur tal-Ħajja kkonsagrata

Bejn is-6 u t-8 ta’ Novembru sar seminar dwar il-futur tal-ħajja kkonsagrata, bit-tema: ‘l-aħħar wieħed jitfi u jagħlaq il-bieb… il-futur tal-ħajja konsagrata’.

Għal dan is-seminar attenda Antoine Galdes, il-postulant tagħna, u ħalla dawn il-kummenti: “għalija kienet esperjenza li fiha ħalliet il-frott fejn skoprejt li ma ninsabx waħdi f’din il-mixja u dan li din il-mixja jagħmilha sabiħa għaliex aħna persuni msejjħa sabiex inżommu mixgħula l-fjamma li bil-għajnuna t’Alla u d-dawl tal-Ispirtu s-Santu xegħlu l-fundaturi tagħna. Imsejjaħ sabiex inżomm ħajja fil-komunitajiet tagħna l-kariżma ta’ San Franġisk.

Qsamna flimkien kif nixtiequ naraw l-fraternitajiet tagħna fil-futur u mhux biss, rajna ukoll x’nistgħu nagħmlu sabiex il-fjamma taqbad tal-ħajja kkonsagrata tibqa’ taqbad u tkun dawl għall-Knisja kollha. Inkunu aħna li ‘nqajmu d-dinja’.

Dan s-seminar ġagħlni nirrifletti li l-ħajja vokazzjonali tiegħi għandha tibda’ minn quddiem t-tabernaklu, tkompli fil-fraternita’ u toħroġ fl-appostolat. B’hekk nkun nista bil-għajnuna t’Alla nkun dawl għad-dinja.”