News

November 14, 2015
Quddiesa ċ-Ċimiterju tal-Addolorata

Nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru fl-10.30 ta’ filgħodu, il-Provinċja Franġiskana ċċelebrat Quddiesa kkonċelebrata ġewwa l-Kappella tac-Ċimiterju tal-Addolorata.   Din il-quddiesa tiġi ċċelebrata kull sena fil-kappella taċ-ċimiterju, matul ix-xahar ta’ Novembru biex nitolbu għal dawk il-patrijiet li ħallewna.

Il-Quddiesa kienet ċċelebrata minn P. Marcellino Micallef, OFM Vigarju Provinċjali u li għaliha attendew numru sabiħ ta’ patrijiet.  Wara l-quddiesa  sar t-tberik tal-oqbra.