News

November 28, 2015
XXXI Kungress tal-Formazzjoni u l-Istudji

Mit-23 sal-26 Novembru, P. Joseph Magro, OFM ħa sehem fil-Kungress tal-Formazzjoni u l-Istudji organizzat mill-Konferenza Taljana COMPI, f’Assisi, intitolat “Evangelium Osbervare. Il-ħajja evanġelika: il-post naturali ta’ edukazzjoni u evanġelizzazzjoni”.

Il-konferenza nfetħet mill-Ministru Ġenerali P. Michael Perry, OFM, li presjeda il-liturġija tal-bidu f’Santa Marija tal-Porziuncola u wara laqgħa mal-Formators. P. Salvatore Ferro, OFM, Segretarju Nazzjonali għall-Formazzjoni u l-Istudji, ippreżenta t-tema tal-konferenza u sommarju tal-attivitajiet għall-perjodu 2014-2015.

Il-kelliema kienu:
Mons Paolo Martinelli, OFM Kap., isqof awżiljarju u Vigarju episkopali tad-Djoċesi ta’ Milan, li ppreżenta r-rapport bit-titolu: “Mill-ħajja regolari għar-“Regola u Ħajja”;
P. Ferdinando Campana, OFM, Ministru Provinċjali tal-Marche, bir-rapport tiegħu: “Ħajja skond l-Evanġelju. Mill-Formazjoni Evanġelika għall-evanġelizzazzjoni”;
Don Felice Accrocca, professur tal-Istorja Medjevali fl-Pontifiċja Università Gregorjana, bir-rapport: “Is-skiet id f’id mal-Vanġelu (RNB XVII, 3): Mixja li tibda mill-ewwel esperjenza tal-ewwel aħwa”.

Wara nofsinhar tat-tielet jum kien iddedikat għal xi esperjenzi ta’ patrijiet li varjaw skont l-età (P.Arturo Milici, P.Federico Righetti, P.Valerio Berloffa), u spiċċajna billi tlabna quddiem il-kurċifiss fil-knisja ta’ San Damian.

Il-Kungress ntemm b’Quddiesa ċċelebrata mill-President tal-COMPI P. Sabino Iannuzzi, OFM, fil-kripta ta’ San Franġisk. Wara saret sintesi tat-tlett ijiem minn Dun Felice Accrocca, li ppreżenta itinerarju ta’ dak kollu li intqal u sar.

Wara l-Kungress P. Joseph niżel jumejn Ruma fejn iltaqa ma’ P. Walter Vassallo, OFM fil-Fraternità Gabriele Allegra, li bħalissa qiegħed jagħmel Masters fil-Formazzjoni, kif ukoll ma’ Fr. Ramon Farrugia, OFM u Fr. Clive Camilleri, OFM fil-Kunvent ta’ Gregorio VII fejn qed jagħmlu l-aħħar sena tagħhom tat-Teoloġija fil-Università Pontifiċja Antonianum, kif ukoll iltaqgħa mal-Fraternità.