News

December 12, 2015
Viżta Kanonika 2016

Issa li għaddew ftit aktar minn sena u nofs mill-aħħar Kapitlu Provinċjali li ċċelebrajna ġewwa Porziuncola Retreat House, Baħar iċ-Ċagħaq, wasal iż-żmien li ssir il-Viżta Kanonika tal-Provinċja tagħna skont kif mitlub mill-Ministru Provinċjal fl-artiklu 184 §2 tal-Istatuti Ġenerali tal-Ordni, dan anke bi tħejjija għall-Kapitlu Provinċjali Intermedju li jmiss fis-sena 2017. Dawn huma d-dati ta’ kif bil-għajnuna t’Alla l-Provinċjal se inżur lill-Fraternitajiet u l-Patrijiet:

15 ta’ Jannar 2016 Santa Marija tal-Anġli
18 ta’ Jannar 2016 Domus Pacis
22 ta Jannar 2016 Laboratorju tal-Paċi Ħal Far
11 u 12 ta’ Frar 2016 Valletta
15 u 16 ta’ Frar 2016 Rabat
19 ta’ Frar 2016 Dar Frate Jacoba, Wied il-Għajn
23 u 24 ta’ Frar 2016 Sliema
2 u 3 ta’ Marzu 2016 Ħamrun
10 ta’ Marzu 2016 Għawdex

Matul il-Viżta Kanonika ikun hemm il-possibilita’ li l-Provinċjal jiltaqgħa mal-patrijiet kollha kemm individwalment kif ukoll bħala Fraternita’, kif ukoll se jkun preżenti għall-mumenti ta’ talb.