News

December 29, 2015
Festa tal-Milied għal-Patrijiet u l-familjari

It-Tnejn 28 ta’ Diċembru l-patrijiet, l-ġenituri u l-qraba nġabru fid-Dar tal-Irtiri Proziuncola għall-festa tal-Milied flimkien. Il-laqgħa bdiet b’quddiesa mill-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech OFM.

Fl-omelija tiegħu beda biex ta’ merħba lil dawk li jinsabu barra minn xtutna jew fuq studju jew fuq xogħol, imma b’mod partikolari lil ET Mons. Sylvester Magro, OFM li qed jattendi għall-ewwel darba. Huwa kompla dwar is-sabiħ li ngħixu żmien il-Milied b’mod liberu u fuq l-importanza li nagħtu kelma ta’ kuraġġ lil xulxin u kelma ta’ ġid li tista’ tgħinna niġbdu iżjed vokazzjonijiet.

Ġesù ġie għal tlett kategoriji ta’ nies partikolari: L-ewwel, għal dawk li jħossuhom weħidhom, it-tieni, għal dawk li f’ dawn il-ġranet huwa diffiċli biex jifirħu għal diversi raġunijiet u t-tielet għal dawk li fil-ħajja tagħhom paċi m’għandhomx. Ġesù ġie biex ikun magħna, biex iġibilna l-paċi, biex ma nkunux weħidna.

Wara l-quddiesa kulħadd inġabar fir-Restaurant ‘Da Francesco’ tal-istess Dar għal ikla flimkien. Din hija attivtà annwali fejn il-patrijiet u l-familjari jiltaqgħu biex jitolbu u jaqsmu l-awguri tal-Milied.