News

January 09, 2016
L-Epifanija għand il-Klarissi

Il-Provinċja Franġiskana flimkien mal-Klarissi ċċelebraw il-Festa tal-Epifanija fil-Monasteru tal-Klarissi f’San Ġiljan, nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar. Il-quddiesa kienet iċċelebrata mil-E.T. Mons Sylvester Magro, OFM fejn fil-bidu tal-quddiesa tkellem fuq din il-ġurnata permezz tal-Ktieb “Ġesu ta’ Nażaret” tal-Papa Benedittu XVI. L-omelija saret mil-Ministru Provinċjal P. Richard S. Grech, OFM li tkellem fuq Ġublew tal-ħniena, l-epifanija u fuq il-vista kanonika. Wara l-Quddiesa l-Ministru Provinċjal ta’ lil kull patri kopja tad-dokument finali tal-Kapitlu Ġenerali. Umbagħad il-patrijiet flimkiem mas-Sorijiet inġabru għal riċeviment fl-okkażżjoni tal-festa.