News

January 18, 2016
“Missjunarju tal-ħniena”

L-Isqof Mons. Mario Grech fid-diskors tal-Qsim tal-Awguri lis-saċerdoti fis-Seminarju ta’ Għawdex nhar is-Sibt 16 ta’ Jannar,  ħabbar li talab lis-Santa Sede biex il-Papa jaħtar lil P. Marcello Ghirlando OFM bħala “missjunarju tal-ħniena”, bl-awtorità li jaħfer anki d-dnubiet riservati għas-Sede Appostolika u jkun “predikatur konvinċenti tal-ħniena”.  

Fi tmiem id-diskors tiegħu l-Isqof ta 7 punti oħra prattiċi x’jista’ jsir f’din is-sena tal-Maħfra:
1. is-saċerdoti volontarjament joffru sigħat ta’ Qrar;
2. tal-inqas fil-knejjes parrokkjali jkun hemm “santwarju tal-Qrar”;
3. il-Qrar isir biss f’post dinjituż fejn tiġi mħarsa s-sagralità u l-kunfidenzjalità;
4. fil-knejjes kollha din is-sena jkun hemm orarju tal-Qrar;
5. darba fil-ġimgħa l-knejjes parrokkjali jibqgħu miftuħa sa tard u jipprovdu servizz ta’ Qrar;
6. norganizzaw ċelebrazzjoni penitenzjali komunitarja;
7. flimkien mat-tliet knejjes ġubilari, ser nagħmel il-knisja ta’ San Ġakbu knisja penitenzjali.