News

February 03, 2016
Kungess f’għeluq is-sena tal-Ħajja kkonsagrata

L-isem li biħ ġie iċċelebrat l-għeluq tas-sena tal-Ħajja kkonsagrata hu “Ħajja kkonsagrata fl-unita” dan il-kungress ġie ċċelebrat bejn it-28 ta’ Jannar u t-2 ta’ Frar il-ġurnata ddedikata għal ħajja kkonsagrata, fil-belt tal-Vatikan. Għal dan il-kungress ħa sehen P. Joseph Magro, OFM. Għal dan il-kungress kienu mistiedna l-ordnijiet reliġjużi kollha: Ordo virginum, kontemplativi, l-istituti Reliġjużi, l-istituti Sekulari u l-istituti ġodda u ta’ “forom ġodda”.

L-ewwel ġurnata bdiet b’Velja ta’ talb fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan u kienet preseduta mill-ET Mons. José Rodriguez Carballo OFM, segretarju tal-CIVCSVA. Jieħdu sehen għal dan il-kungress kien hemm madwar 5000 reliġjuż u reliġjuża.

It-tieni ġurnata bdiet b’mument ta’ talb u wara l-Prefett tal-Kongregazzjoni ET il-Kardinal João Braz de Aviz li għamel l-intervent tiegħu. Hu tkellem fuq ħames punti mportanti li jsemmi l-Papa fl-ittra tal-indiżżjoni fil-ftuħ tas-sena tal-Ħajja kkosgrata, li huma:

1 Ferħ: Fejn hemm ir-reliġjużi hemm il-ferħ
2 Qajmu d-dinja: importanti li inkunu profeti!
3 Esperti ta’ komunjoni, nagħmlu mill-Knisja post ta’ laqgħa għal kulħadd. Spiċċa ż-żmien li inkunu weħidna imma irridu inkunu sinodali.
4 Immoru fil-periferija.
5 Insaqsu lil Alla u l-bniedem tallum x’għandhom bżonn
6 Il-kuraġġ u ma nibżgħux.

Matul l-ġurnata kien hemm relazjoni oħra mill-ET Mons Jose Rodriguez Carballo OFM bit-tema:”Inbid ġdid f’damiġni ġodda”, il-ħajja kkonsagrara mil-50 sena mill-Lumen gentium u Perfectæ caritatis. Mixja ta’ koverżjoni. Li kienet segwita min domandi u risposti.

Il-ġurnata tas-Sibt kienet b’xi mod differenti għaliex filgħodu bdejna fil-Bażilika tal-Lateran b’intervent u Lectio Divina u wara nofsinhar kull still ta’ ħajja kien għaliħ f’post differenti madwar Ruma u kulħadd b’aspett partikolari fuq il-ħajja tiegħu.

Il-Ħadd bdejna b’żewġ relazzjonijiet dwar il-”Ħajja kkonsagrata post ta’ kontemplazzjoni”, b’riflessjoni teoloġika u b’formazzjoni għall-maħfra. Wara segwiet t-tieni relazzjoni minn Mons. Santiago Agrelo Martinez OFM fuq il-“Ħajja kkonsagrata post ta’ akkoljenza, kondiviżjoni u eżerċizju tal-miżerikordja”. Wara nofsinhar kellna katekeżi bl-arti fil-Kappella Sistina.

It-Tnejn kienet ġurnata mill-isbaħ peress li kelna l-udjenza mal-Papa (ara video taħt). Imma qabel kien hemm Round table (FORUM) immexxi P. Federico Lombardi, SJ. It-tema: “Il-Ħajja kkonsagrata f’komunjoni- niskopru l-ħajja li ħemm fil-ħajja kkonsagrata”.

Mons. Jose Carballo qal li hu mportanti li ma inħarsux lejn il-mewt imma niftakru li hemm ħafna ħajja flimkien. Irridu mixja flimkien. Irridu inkunu mużajk imma nimxu flimkien. Meta l-Papa Franġisku jitkellem fuq il-Profezia jitkellem minn kuraġġ (inħobbu r-riskju) nimxu kontra kurrent, hu qal li minn jiżżewwġ il-moda jormol malajr]

Sr. Carmen Sammut MSOLA, tkelmet fuq l-appostolat fil-Ħajja kkonsagrat u tat xi karateristiċi:
Niltaqgħu ma’ Kristu rxoxt: Kulħadd ħalla kollox biex jimxi wara Ġesù.
Ħajja fil-komunità: nirrispettaw lil xulxin. Kif qed niddixxernu I-ħajja tagħna?
Missjoni: kollha mibgħutin għal missjoni partikolari fil-knisja.

Fost punti oħra minn kelliema oħra ħareġ l-importanża tal-‘Missjoni u Fraternità’, il-Ħajja kontemplativa: imp li ikun persuni awtentiċi ġol-knisja kif jgħid Papa Franġisku, u li l-Istituti sekulari, mhux biss tkun fid-dinja imma li inkunu inseriti fid-dinja.

Wara kellna l-Udjenza mal-Papa fejn tkellem fuq tlett kelmiet importanti li huma afdatli lil persuni kkonsagrati: Profezja, Prossimità u Tama. (għafas hawn għad-diskorss sħiħ)

Fil-għaxija umbagħad sar Oratorju bid-direzzjoni ta’ Mons. Marco Frisina.

It-Tlieta 2 ta’ Frar Jum il-Ħajja Kkonsagrata filgħodu sar pellegrinaġġ fl-okkażżjoni tal-Ġublew tal-Ħniena fid-diversi Bażiliċi u filgħaxija saret il-quddiesa solenni fil-Bażilika tal-Vatikan minn Papa Franġisku li għalqet din is-sena speċjali ddedikata lill-Ħajja kkonsagrata. (għafas hawn għal-omelija).