News

February 10, 2016
Formazzjoni Permanenti: Il-Ħolqien lejn użu aħjar tar riżorsi

Fil-Kunvent tal-Belt nhar l-10 ta’ Frar saret it-tieni sessjoni ta’ Formazzjoni Permanenti dwar l-użu tar-Riżorsi.  Sessjoni bdit fl-10.15 b’messaġġ mill-Minstru Provinċjal fejn wassal it-tislijiet kemm ta’ P. Marcello u P. Stephen li qiegħdin jirrappreżentaw iż-żewġt Djoċesi bħala missjunarji tal-ħniena għas-sena Ġubilari. Filwaqt li rringrazzja lill P. Marcellino għal akkoljenza u preparazzjoni ta’ din il-lagħqa. 

Mbagħad beda mument ta’ talb. Qsamna xi ħsibijiet tal-Papa Franġisku fuq l-ambjent. Intwera clip dwar il-missjonijiet li ħutna l-isfqjijiet tagħna franġiskani Mons. Joseph Bonello fil-Honduras, Mons. George Bugeja fil-Libya gewwa Tripli qed iwettqu. Fl-istess clip intervjena anke Mons. Sylvester Magro bl-esperjenza diretta li kellu speċjalment fi żmien il-gwerra ġewwa Benghasi (ara video hawn taħt).

Qabel ma bdejna t-tieni parti il-provinċjal ħeġġeġ il-patrijiet preżenti biex ngħamlu marketing kemm fuq ir-restaurant u l-pellegrinaġġi Franġiskani dawk ta’ l-Art Imqaddsa u t’Assisi. Mhux tant għal flus imma biex inħeġġu n-nies jagħmlu esperjenza Franġiskana.

Professur Paul Pace għamel preżentazzjoni “Il-Ħolqien lejn użu aħjar tar riżorsi”. Ġiet aċċennata l-enċiklika ‘Laudato Si’ tal-Papa Franġisku dwar il-ħolqien. Din il-lagħqa fuq ir-riżorsi tkompli ma dik li saret ġewwa Baħar iċ-Ċagħaq nhar il-25 ta’ Jannar. Dan kollu għandu jwassal biex ngħamlu reviżjoni tal-istill tal-ħajja tagħna kif nużaw il-meżżi li għandna ħa nkunu xhieda Evanġelika.

Reduce, Reuse & recycle huma tliet kelmiet biex aħna n-naqsu l-carbon footprint; proġett pilota tal-Laboratorju tal-Paċi għall-kunventi tagħna.

Spiċċajna 12.15pm billi qsamna xi ħaġa ta’ li-ikel flimkien.