News

February 16, 2016
E.T. Mons Silvestru Magro, OFM jagħlaq 75 sena

L-E.T. Mons Silvestru Magro, OFM nhar il-Ħadd 14 ta’ Frar iċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament f’għeluq il-75 sena u t-tmiem tal-ħidma tiegħu ġewwa Benghazi.  Fil-bidu tal-quddiesa huwa rringrazzja lil Alla għal dak li taħ, kif ukoll lil dawk li kienu viċin tiegħu matul dan iż-żmien speċjalment fi żminijiet diffiċli li għadda minnhom.

Il-fraternità Franġiskana tal-kunvent tar-Rabat li issa hu qed jagħmel parti minnha, il-familjari u l-ħbieb kif ukoll il-ġemgħa li jiltaqgħu fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, ir-Rabat, ħadu l-okkażżjoni biex ikantawlu u jawgurawlu għal għeluq sninu.

Wara l-quddiesa kulħadd ħareġ ħdejn il-bieb ta’ barra u hemm qasam kejk għall-okkażżjoni.  Awguri u Ad Multos Annos.