News

February 16, 2016
Itemm il-missjoni tiegħu f’Benghażi

Il-Papa Franġisku nhar il-Ħadd 14 ta’ Frar, għeluq il-75 sena, aċċetta r-riżenja tal-E.T. Mons. Silvestru Magro OFM mill-kura pastorali tal-Vigarjat Appostoliku ta’ Benghażi fil-Libja.

Fl-istess komunikat uffiċjali, maħruġ min-Nunzjatura Appostolika fil-Libja, E.T. Mons. George Bugeja nħatar bħala Amministratur Appostoliku tal-Vigarjat ta’ Benghażi.

Fil-komunikat, il-Papa Franġisku rringrazja lill-Isqof Emeritu Silvestru Magro tal-ħidma kbira li wettaq u ta’ kemm kien dejjem viċin l-Insara f’Benghażi.